Mourinho dalwaqt jikkonvinċi lil Bale

Skont il-gazzetta Ingliża The Mirror, il-kowċ ta’ Manchester United Jose Mourinho jidher illi kkonvinċa lil Gareth Bale sabiex iħalli lil Real Madrid u jirritorna fil-Premier League Ingliż din id-darba billi jsieħeb lir-Red Devils.
Id-diriġenti tal-klabb illi jilgħab f’Old Trafford qed iwiegħdu lill-plejer internazzjonali minn Wales illi hu jinsab fiċ-ċentru tal-proġett il-ġdid tat-tim u għandu ċ-ċertezza illi ser jilgħab minħabba l-esperjenza kbira illi jġorr miegħu bħala plejer.
Mhux l-istess jista’ jingħad bis-sitwazzjoni preżenti illi jinsab fiha mal-Merengues hekk kif ftit qed ikollu ċans jibda mal-ewwel ħdax.