Mourinho appuntat bħala l-maniġer ta’ Tottenham

Jose Mourinho ġie appuntat bħala l-maniġer il-ġdid ta’ Tottenham. Hu se jkun qed jieħu post Mauricio Pochettino li tkeċċa nhar it-Tlieta.

L-eks maniġer ta’ Chelsea u Manchester United iffirma kuntratt sal-aħħar tal-istaġun 2022-23.

“Il-kwalità kemm tat-tim kif ukoll tal-akkademja teċitani.” Dan qalu l-Portugiż li għandu 56 sena.

AQRA: Mourinho se jieħu post Pochettino?

Iċ-Chairman ta’ Spurs Daniel Levy qal li Jose hu wieħed mill-aktar maniġers li għamlu suċċess fil-futbol. Mourinho ilu bla xogħol mindu tkeċċa minn ma’ Manchester United ftit inqas minn sena ilu, f’Diċembru tal-2018.

Issa se jkun qed jieħud f’idu lil Spirt li bħalissa qegħdin fl-14-il post fil-klassifika tal-Premier League. Qabel din il-kariga, Mourinho ċaħad numru ta’ offerti fosthom fiċ-Ċina, fi Spanja u l-Portugal.