Mountain Bikers Maltin iħallu isem tajjeb fi Sqallija

Il-Mountain Bikers Maltin għamlu isem tajjeb ġewwa Sqallija waqt il-Maratona ta’ Etna. Il-maratona hi kkunsidrata bħala waħda mill-aktar tlielaq affaxxinanti fl-Ewropa u tatratta lejha uħud mill-aqwa aktleti tal-mountain bikes.

Jirrappreżentaw lil Malta kien hemm Marie Claire Aquilina, Etienne Bonello, Clive Ebejer, Justin Gauci, Ramon Grech, Stephen Grima, Mark Micallef, Patrick Scicluna, Jason Vella, Christian Zammit, u Mark Zammit.

Marie Claire Aquilina li kkompetiet fit-tellieqa ta’ 76km u tilfet il-podju għal ftit minħabba li kllassifikat fir-raba’ post.

Patrick Scicluna rrappreżenta lil FRM Team Sicilia u kkompeta fil-kategorija Master 4 u miegħu kellu 75 ċiklist ieħor jikkompeti. Hu spiċċa fit-tielet post u fil-klassifika overall spiċċa fis-37 post.

Aktar riżultati tajba inkisbu minn Ettienne Bonello li spiċċa fis-sitt post fil-kategorija tiegħu, Jason Vella spiċċa fit-tmien post fil-kategorija tiegħu u Clive Ebejer spiċċa fis-seba’ post fil-kategorija tiegħu.