MoU bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Awtorità tal-Ippjanar

DOI Clifton Fenech

Read in English.

Ġie iffirmat memorandum of understanding bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Awtorità tal-Ippjanar, li wassal bejniethom biex l-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ fondi biex tinxtara turntable ladder. Din hija vettura li titfi nirien f’bini għoli. Ġie wkoll inawgurat turntable ladder ieħor li nxtara permezz ta’ fondi nazzjonali b’valur ta’ madwar €500,000.

Waqt konferenza stampa l-Ministru Michael Farrugia qal kif uħud mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ngħataw taħriġ fl-użu tat-turntable ladder, u se jkunu qed iwasslu dan it-tagħrif lill-kollegi tagħhom fi ħdan id-dipartiment.

Għall-konferenza attendew ukoll il-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius li faħħru l-ħidma tal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili filwaqt li saħqu li s-sigurtà tan-nies tibqa’ dejjem prijorità.