​Motta se jirtira

Il-midfielder ta’ 35 sena li jilgħab ma’ Paris Saint-Germain mistenni jirtira fi tmiem l-istaġun.
Thiago Motta huwa plejer b’esperjenza vasta u lagħab ma’ Inter, fejn rebaħ iċ-Champions League taħt il-gwida ta’ Mourinho, Genoa, Atletico Madrid u Barcelona.
Unai Emery sostna li Motta għandu l-kwalitajiet meħtieġa sabex isir kowċ kompetenti. Motta, imwieled il-Brażil iżda naturalizzat Taljan, kien parti mit-tim nazzjonali Taljan li wasal sal-finali tal-Euro 2012.
L-aħħar partita tiegħu fil-Parc des Princes se tkun kontra Rennes.