Motorsport jerġa’ jibda wara ħafna xogħol kollettiv

Picture-Alex-Buttigieg
Photo caption: Alex Buttigieg

Read in English.

Filwaqt li bosta aspetti tal-ħajja tagħna ta’ kuljum ġew milquta bil-pandemija COVID-19, aħna fortunati ħafna li l-Motorsport reġa’ beda permezz ta’ protokolli milħuqa bejn kulħadd.

Matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Settembru, l-Island Car Club (ICC) u l-Malta Drag Racing Association (MDRA), kellhom kompetizzjoni ta’ Hill-Climb fl-Imtaħleb u kwart ta’ mil f’Ħal Far, b’suċċess, filwaqt li l-membri affiljati mal-Federazzjoni qegħdin fil-proċess li dalwaqt jorganizzaw avvenimenti oħra, li d-dettalji tagħhom huma disponibbli fuq maltamotorsport.org u fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Federazzjoni.

Il-Malta Motorsport Federation (il-“Federazzjoni” jew “MMF”) tixtieq tirringrazzja b’mod partikolari lill-entitajiet membri magħha, b’referenza speċjali għall-Island Car Club u l-kumitat tiegħu li qatt ma ċedew l-isfida li kellhom biex jiksbu l-permess biex jorganizzaw l-avveniment gewwa l-Imtaħleb, u l-Malta Drag Racing Association u l-kumitat tagħha li bla heda ħadmu għall-organizzazzjoni u t-tmexxija ta’ suċċess tal-avveniment tal-kwart ta’ mil. Il-MMF jestendi wkoll l-apprezzament tiegħu għax-xogħol importanti tal-uffiċjali kollha, marshals, timijiet, għad-dedikazzjoni u assistenza u wkoll għad-determinazzjoni tal-kompetituri biex jipparteċipaw fl-avvenimenti, speċjalment matul dan iż-żmien difficli ta’ pandemija. Huwa dan l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni u impenn li jħaddan din il-ħajja normali l-ġdida li jiżgura li l-isport tal-motorsport jista’ jkompli u jopera b’evidenza ċara ta’ pjan bir-reqqa u eżekuzzjoni konsistenti.

Matul ix-xhur li għaddew il-Federazzjoni impenjat ruħha ma’ entitajiet kompetenti, inkluz, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, l-Awtorità tas-Saħħa, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ Sportivi u Organizzazzjonijiet Volontarji, SportMalta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, is-Salib l-Aħmar, u l-organizzazzjonijiet membri affilijati mal-Federazzjoni, biex jagħmlu l-kontribuzzjonijiet meħtieġa sabiex saru r-rekwiżiti partikolari ta’ protokolli tad-dixxiplini sportivi diversi u l-mod kif tali dixxiplini sportivi għandhom jiġu pprattikati. Dan sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe valutazzjoni numerika tan-numru massimu ta’ individwi permessi f’avvenimenti pubbliċi hija proporzjonata man-natura tad-dixxiplina sportiva, l-uffiċjali meħtieġa, u l-ispazju pubbliku fejn isir l-avveniment, filwaqt li jirrispettaw il-protokolli anċillari ta’ distanza soċjali.

Irridu nerġgħu ntennu li l-Motorsport qed jopera b’responsabbilità kbira b’rispett għall-kundizzjonijiet li għandhom jittieħdu li ħafna drabi huma diffiċli minħabba l-prekawżjonijiet tal-pandemija.

Photo caption: Joe Cutajar

L-organiżżazzjoni ta’ avvenimenti bħal dawn hija madanakollu possibbli biss sakemm il-komunità tagħna tagħti s-sehem tagħha biex iżżomm l-iktar ambjent sigur possibbli. Irridu nżommu dan l-istandard għoli, naċċettaw u nħaddnu l-protokolli li qed jevolvu, u nirreaġixxu malajr għall-evoluzzjoni tal-pandemija, waqt li nieħdu ħsieb il-komunità tagħna u l-aktar vulnerabbli, u nipprevjenu t-trażmissjoni tal-virus u l-impatt tiegħu fuq l-isport tagħna.

Il-MMF tixtieq tieħu din l-okkażjoni biex tirringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa kollha u ħaddiema oħra li huma fuq quddiem (front-liners) li qed jagħmlu xogħol tal-għaġeb f’dan iż-żmien diffiċli. Tirringrazzja wkoll lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ Sport & Organizzazzjonijiet Volontarji, SportMalta, il-Kunsill Lokali tar-Rabat, u l-partijiet interessati kollha involuti fil-proċess tal-ħruġ tal-permessi għall-Motorsport.

Photo credit: DLV Automotive

Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Motorsport Federation.