​Mosta għal darb’oħra fil-finali tal-Malta Summer Cup

Mosta se jerġgħu jkunu fil-finali tas-Summer Cup, din id-darba kontra Pietà Hotspurs.
Fl-ewwel semifinali kellna taqtigħa interessanti b’sitt gowls bejn Balzan u Mosta.
Wara biss sitt minuti, Bojan Kaljevic fetaħ l-iskor għall-Mostin.
Balzan ġabu d-dro fl-20 minuta permezz ta’ Clive Brincat, sabiex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 1-1.
Fil-71 minuta, Ryan Darmanin poġġa lil Balzan fil-vantaġġ.
Tliet minuti wara, Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ minn penalti skurjat minn Kaljevic.
Fis-76 minuta ngħata penalti lil Balzan li ġie skurjat minn Edison Bilbao Zarate.
Fid-90 minuta, Mosta ġabu d-dro permezz ta’ James Brincat, biex b’hekk iż-żewġ timiijet marru għall-għoti tal-penalties.
Mosta għamluha għall-finali meta rebħu 4-3 bl-għoti tal-penalties.
Fit-tieni semifinali Pietà Hotspurs għamluha wkoll għall-finali meta għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta’ 1-0.
L-uniku gowl tal-Hotspurs ġie skurjat mill-plejer veteran Malcolm Licari.
Il-Malta Summer Cup tagħlaq nhar il-Ħadd li ġej, meta fis-6:30pm Balzan u Zebbug Rangers jilagħbu għall-finali tat-tielet u r-raba’ post u fit-8:30pm jkollna l-finali bejn Mosta u Pietà Hotspurs.