Mossack Fonseca tavviċina żewġ banek oħra f’isem Konrad Mizzi

Dokumenti ġodda juru li l-kumpanija Mossack Fonseca bbażata fil-Panama avviċinat żewġ banek oħra f’isem il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
L-Australian Financial Review żvelat li ż-żewġ banek ġew avviċinati f’Diċembru wara t-tentattivi biex jiftħu kontijiet bankarji ma’ sitt banek oħra fil-Panama,fil-Karibew, f’Miami u f’Dubaj fallew.
Skont l-AFR, fil-15 ta’ Diċembru avukat ta’ Mossack Fonseca kiteb lil konsulet finanzajru ta’ Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, fejn qalilhom li l-Bank BSI se jirrifjuta l-kont tagħhom sakemm ma japplikawx għal viża tal-Panama.
Dan ifisser li b’kollox Mizzi u Schembri provaw javviċinaw disa’ banek.
Min-naħa tagħhom kemm Konrad Mizzi kif ukoll Keith Schembri ċaħdu li għamlu xi ħaġa llegali.
Bħalissa jinsab għaddej id-dibattitu naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti li se jwassal biex tard illejla jittieħed vot dwar il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern imressqa mill-Oppożizzjoni.
Il-mozzjoni tressqet wara li faqqa' l-każ tal-kumpaniji li għandhom fil-Panama, il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. 
Reazzjoni Ministru Konrad Mizzi: 
F'reazzjoni b'referenza għar-rapporti fil-ġurnal Australian Financial Review, il-Ministru Konrad Mizzi qal li 
jidher biċ-ċar li bosta imejls li kienu attribwiti fuq il-Ministru Konrad Mizzi meta dawn jappartjenu lil klijenti oħra ta' Nexia BT.
Temm jgħid li jfisser ħafna li dawn ir-rapport ma tħabbrux f'ħin prominenti fl-Awstralja.

Reazzjoni Keith Schembri: 
F'reazzjoni Keith Schembri qal li la-rtiklu jikkonferma dak li kien magħruf mill-bidu, li Neil Chenoweth qed iħawwad il-fatti u joħloq konnesjonijet li mhumiex relatati.
Qal li Chenoweth ħ
oloq storja biex jagħti kulur lil allegazzjonijiet żbaljati tiegħu.
Temm jgħid li Chenoweth qed jaħseb li Nexia BT għandha żewġ klijenti biss.