Moskea oħra attakkata nhar ta’ Ġimgħa f’ħin it-talb

Mill-inqas 10 persuni nqatlu f’attakk ieħor suwiċida f’moskea f’ħin it-talb, din id-darba fil-kapitali tal-Kuwajt.
Grupp terroristiku affiljat mal-Istat Iżlamiku, ta’ twemmin Sunnita, mill-ewwel ħa r-responsabiltà ta’ dan li hu l-aħħar attakk fuq moskea tax-Xiiti f’ħin it-talb tal-Ġimgħa.
Attakki simili seħħew nhar ta’ Ġimgħa fl-aħħar ġimgħat fl-Arabja Sawdija u fil-Jemen