Read in English.
Tifla nstemgħet tgħajjat “morru lura lejn pajjiżkom” u “is-suwed iridu joqtluna” minn fuq is-swar in-naħa ta’ fejn sorġa l-vapur Lifeline, fl-Isla, dan jidher fi tweet tal-ġurnalista u fotografu Darrin Zammit Lupi.
Rapporti spjegaw li t-tifla ta’ għaxar snin kienet qed tkun imħeġġa minn ommha biex tgħajjat kliem razzista lejn il-grupp ta’ 234 immigrant li kien ilhom ġranet sħaħ ibaħħru.
Il-ġemgħa ta’ nies li jappoġġjaw gruppi tal-lemin estrem xejru bnadar Maltin kif ukoll strixxun bil-kliem stop human trafficking.
Numru ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) qabblu li jieħdu bosta mill-immigranti li waslu Malta.
Listen to this young kid, egged on by her mother, hurling abuse and racist taunts towards the crew of @MV_LIFELINE last night. Disgusting, and if these people really are the 'Maltese patriots', as they call themselves, then I don't want to be Maltese anymore. #lifeline pic.twitter.com/Chm8W6l8g0
— Darrin Zammit Lupi (@darrinzl) June 28, 2018