Read in English.
Spanja għamlet kuntatt ma’ Malta biex toffri għajnuna umanitarja b’bastiment li qed iġorr 239 immigrant li kien suġġett ta’ tilwima oħra mal-Italja.
L-Italja ħeġġet lil Malta biex tieħu l-vapur Olandiż immexxi mill-Ġermaniżi jum wara li l-Ministru tal-Intern Matteo Salvini qal li l-bastiment għandu jieħu l-immigranti lejn l-Olanda.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet wara l-laqgħa tal-kabinett Spanjol, kelliema għall-Gvern Spanjol qalet li sar kuntatt ma’ Malta biex Spanja tipprovdi appoġġ jekk tkun meħtieġa għajnuna umanitarja lid-dgħajsa fis-sigħat li ġejjin.
“Morru lejn Malta” – Salvini jkompli l-pressjoni dwar l-immigrazzjoni

Dan l-iżvilupp seħħ wara li Matteo Salvini, id-deputat Prim Ministru Taljan kompla l-pressjoni fuq Malta u l-bqija tal-Unjoni Ewropea meta fi tweet qal li talab lill-Malta biex tiftaħ il-portijiet tagħha biex tilqa’ il-239 immigrant li nġabru mill-vapur Lifeline li issa qiegħed fl-ibħra territorjali Maltin.
Salvini kompla jgħid illi wara li jitniżżlu l-immigranti l-awtoritajiet Maltin għandhom jissekwestraw lill-vapur u jwaqqaf lill-ekwipaġġ milli jkompli bil-ħidma tiegħu. Salvini jqis din il-ħidma tal-għaqdiet umanitarji bħala traffikar.
La NAVE FUORILEGGE #Lifeline è ora in acque di Malta, col suo carico di 239 immigrati.
Per sicurezza di equipaggio e passeggeri abbiamo chiesto che Malta apra i porti.
Chiaro che poi quella nave dovrà essere sequestrata, ed il suo equipaggio fermato.
Mai più in mare a trafficare.— Matteo Salvini (@matteosalvinimi) June 22, 2018
Problema fl-Ungerija u fil-Ġermanja
It-talba ta’ Salvini u x-xandir tagħha fi tweet tkompli ssaħħan il-qiegħa qabel il-laqgħa li l-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea se jkollhom nhar il-Ħadd.
Osservaturi jinnotaw li l-kontroversja dwar kif tiġi ikkontrollata l-immigrazzjoni hija l-akbar problema li qed tiffaċċja bħalissa l-Unjoni Ewropea. Apparti l-pressjoni mill-Gvern lemini fl-Italja hemm pressjoni minn pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali. Din il-ġimgħa il-parlament tal-Ungerija approva liġijiet iebsin ħafna kontra l-għaqdiet li jgħinu lill-immigranti.
Il-kontroversja dwar l-imigrazzjoni qed thudded ukoll il-Gvern ta’ Merkel fil-Ġermanja. Il-Ministru tal-Intern Horst Seehofer wissa li jekk Merkel ma tipprerswadix lill-mexxejja tal-Unjoni biex jieħdu azzjoni huwa se jibda jibgħat lura immigranti li jkunu diġa ġew reġistrati f’pajjiżi oħra Ewropej. Ħafna mhux qed jistennew li s-summit tal-Ħadd jirnexxilu jiżblokka l-problema.
L-istati membri kollha għandhom jgħinu – il-Kummissarju
Il-Kummissarju Ewropew Guenther Oettinger qal li l-istati membri kollha għandhom jgħinu lill-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa fejn jasal l-akbar għadd ta’ immigranti.
“Jiena naħseb li l-Ewropa kollha għandha turi solidarjeta mal-pajjiżi liqed jiġu affettwati bħal Greċja, MaIta, Ċipru, il-Bulgarija, l-Italja u Spanja.”