Morandi mill-ġdid attur… iżda mingħajr Lorella Cuccarini!

Ritratt: Mediaset

Meta sentejn ilu tħabbar li l-Mediaset kien se jiftaħ l-istaġun televiżiv tal-ħarifa, bosta kienu xettiċi kemm ir-ritorn ta’ Gianni Morandi bħala attur seta’ jkun suċċess kbir.

Kif stennew tal-Mediaset, is-serje marret tajjeb ħafna, tant li f’Settembru li għadda kien hemm it-tieni staġun ta’ L-Isola di Pietro. Għal darb’oħra is-serje kienet suċċess u minnufih tal-Mediaset rikbu fuq dan is-suċċess billi kkumissjonaw it-tielet serje li se naraw daqs madwar erba’ xhur oħra.

Il-filming tal-ġodda beda proprju llum, b’Gianni Morandi mill-ġdid bħala protagonist fil-karattru ta’ Pietro Sereni.

Iżda b’diżappunt għal ħafna, dawn is-sitt puntati ġodda se jkunu mingħajr Lorella Cuccarini, li kienet protagonista miegħu fit-tieni kapitlu li xxandar ftit tax-xhur ilu.