Moody’s tfaħħar it-tnaqqis tad-dejn għal Malta – Ministeru

Skont stqarrija mill-Gvern, l-aġenzija internazzjonali Moody’s Investor Services tinsab sodisfatta bit-tnaqqas tad-djun f’Malta fost fatturi oħra. Għalhekk fl-aħħar rapport tagħha kkonfermat ir-rating ekonomiku ta’ A3 għal Malta.

Fi stqarrija il-Ministeru għall-Finanzi spjega li fost il-fatturi li faħħar ir-rapport ta’ Moody’s kien hemm ukoll il-progress tas-settur pubbliku u l-prospetti għal aktar konsolidazzjoni fiskali. L-aġenzija qed taħseb biex tavvanza lil Malta għal A2 jekk tibqa’ tissaħħaħ l-ekonomija.

Skont il-Ministeru, ir-rapport isostni li s-saħħa istituzzjonali ta’ Malta hija waħda għolja u li tirrifletti l-iżvilupp tal-policies, l-istituzzjonijiet u policies għal entitajiet fis-settur pubbliku.

Jidher li r-rapport jirrikonoxxi wkoll li s-surplus mistenni jiżdied b’madwar 2.5% fl-2018 u l-2019, li se jkompli jwassal għal aktar tnaqqis fid-djun tal-pajjiż.

Ir-rapport ta’ Moody’s ma kienx disponibbli għal Newsbook.com.mt.