Monument ġdid għall-Belt Valletta

Il-Belt Valletta għandha monument ġdid li jfakkar it-titlu ta’ Sit ta’ Wirt Dinji li kisbet. 
Il-Belt Valletta kienet ingħatat dan l-unur fl-1980 għaliex f’għajnejn il-UNESCO, il-belt hija sit imprezzabbli ta’ storja, kultura, edukazzjoni, u xjenza.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Valletta 2018 Deo Debattista fakkar li anke l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u t-tempji megalitiċi ta’ Malta u Għawdex kollha għandhom dan l-unur.
Kien hemm preżenti wkoll iċ-Chairman tal-Korporazzjoni tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Kap Eżekuttiv Gino Cauchi.
Dan il-monument jiswa mas-€6,000.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut