Monty Bugeja jikkompeti fid-Drag Racing f’Santa Pod

It-tim ta’ Mr.Whippy qiegħed f’Santa Pod permezz tas-sewwieqa Matthew Carabott u Monty Bugeja. Iż-żewġ sewwieqa se jkunu impenjati bi skop differenti minn ta’ xulxin.

Fil-każ ta Matthew Carabott se jagħmel minn kollox biex illum jirnexxielu jikseb il-liċenzja li biha jkun jista’ jsuq id-dragster Top Alcohol tat-tim f’avvenimenti internazzjonali. Min-naħa tiegħu Monty Bugeja bl-istess Dragster se jkun qed jikkompeti fil-Main Event li hija l-ewwel rawnd mill-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing.

It-tim ta Mr.Whippy permezz tas-sewwieq veteran tiegħu, Bugeja, irrapreżenta u ġab suċċessi kbar għat-tim Malti diversi drabi fis-snin li għaddew. Issa kollox qed jindika li t-tim għandu l-ħsieb li flimkien ma’ Bugeja jissieħeb Carabott fis-sewqan tad-Dragsters barra minn Malta.