Mons. Spiteri jinħatar Nunzju Appostoliku tal-Libanu

Il-Papa innomina lill-Mons. Joseph Spiteri bħala Nunzju Appostoliku għal-Libanu. Mons. Spiteri se jibqa’ wkoll Arċisqof Titulari ta’ Serta.
S’issa, Mons. Spiteri kien qed iservi bħala Nunzju Appostoliku fil-Kosta tal-Avorju. Hu kien appuntat f’dan l-irwol fl-2013.
Mons. Spiteri twieled f’Tas-Sliema fl-1959 u kien ordnat għas-saċerdozju fl-1984.
Ritratt: Knisja f'Malta