Ritratti: “Mons. Ġużeppi Mercieca kellu kelma sempliċi, imma profonda”

L-Arċisqof Charles Scicluna lbieraħ qaddes quddies f'ġieħ Mons. Ġużeppi Mercieca, li kien Arċisqof ta' Malta għal 30 sena.
Il-quddiesa saret fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun.
Fost l-oħrajn, Mons. Scicluna qal li l-kelma ta' Mons. Mercieca kienet waħda diretta, sempliċi imma profonda.
Ilbieraħ Mons. Ġużeppi Mercieca għalaq sentejn mejjet, meta ħalla did-dinja fl-2016 fl-età ta' 87 sena.
Ritratt: Ian Noel Pace