Mons. Carmelo Refalo u Dun Michael Curmi b’ħatriet fil-Kulleġġ tal-Kappillani Għawdxin

Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tax-Xagħra u Dun Michael Curmi, Arċipriet ta’ Sannat, inħatru rispettivament bħala President u Segretarju tal-Kulleġġ tal-Kappillani Għawdxin.
Kull xahar, il-Kulleġġ tal-Kappillani Għawdxin ilaqqa’ l-Kappillani li jkollhom nofstanhar mal-Isqof Mario Grech, u flimkien ifasslu l-linji pastorali għall-parroċċi.
Il-ħatra ta’ Mons. Refalo u Dun Curmi saret fl-aħħar laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani tad-Djoċesi  ta’ Għawdex aktar kmieni din il-ġimgħa.