Mons. Camilleri jingħata l-ogħla unur mill-Messiku

Monsinjur Antoine Camilleri, li jokkupa l-kariga ta’ Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati, ingħata l-għola unur li l-Messiku jagħti lill-barranin.
Il-Messiku għażel li dan l-unur jingħata lil erba’ uffiċjali tal-Vatikan. 
Minbarra Mons. Camilleri, l-unur ingħata wkoll lill-Mons. Dominque Mamberti, li kien is-Segretarju għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati, lill-Professur Paolo Gualtieri li jikkonċentra fuq il-ħidma mal-Amerika ta’ Fuq kif ukoll lil Alberto Gasbarri li jieħu ħsieb il-loġistika taż-żjarat tal-Papa.
Il-premju Aztec Eagle kien ingħata wkoll lil Nelson Mandela, lill-kantat tal-U2 Bono kif ukoll lil Bill Gates.