Mons Anton Teuma llejla waqt Sensilhena

Illejla fis-7pm fuq TVM jibda staġun ġdid minn Sensilhena Christine Delicata se titkellem ma’ Mons Anton Teuma – Isqof ta’ Għawdex, fuq il-bżonn tal-knisja li tkun qrib il-familji Maltin u Għawdxin. Għalhekk fost il-mistoqsijiet li se tistaqsi nsibu dawn:

Il-familji – Huma parti vitali mill-missjoni tal-Knisja? Il-knisja, kemm hi qrib tal-familji Maltin u Għawdxin u x’qiegħda tagħmel biex tipproteġihom? Kif tista’ tkun aktar ta’ sostenn għalihom? X’inhi ir-relazzjoni ta’ dawn il-familji mal-knisja u mal-valuri Insara?

Christine Delicata

Waqt il-programm ser niltaqgħu wkoll ma’ Hilary Spiteri l-istoriku tal-arti fejn f’dan il-programm ser jitkellem dwar il-Katakombi ta’ Sant Agata r-Rabat.  X’sinijifikat għandu dan il-katakombi għall-ewwel Insara?  Fl-aħħar nett Fr Paul Chetuci se jibda jirrakkonta l-esperjenza tiegħu meta ħadem ma’ Madre Tereza ta’ Calcutta, u dak li tgħallem u ġab miegħu f’din l-esperjenza indimentikabbli. 

Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media, direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.