Money Heist tikser rekord fenomenali

Money Heist

La Casa de Papel, jew kif inhi magħrufa bħala Money Heist hija l-aktar sensiela segwita fuq Netflix bħalissa. Dan joħroġ minn rapport li deher fil-Hollywood Reporter li din is-sensiela ħadet post is-sensiela animata Tiger King, li għaliha kien hemm indikat li fl-ewwel 10 ijiem mindu tnediet fuq il-pjatatforma ta’ Netflix, din is-sensiela rawha mqar għal ftit minuti madwar 34 miljun persuna u għaldaqstant kienet l-aktar serje li n-nies kienu qed jaraw.

Iżda kemm ilu li n-nies madwar id-dinja qed jibqgħu d-dar minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, ir-raba’ staġun ta’ Money Heist li tnieda nhar it-3 ta’ April, kiser kull rekord hekk kif issa qiegħed fil-quċċata tal-klassifika tal-aktar programmi li n-nies qed jaraw, b’udjenza aktar mid-doppju ta’ Tiger King.

Infatti Netflix qed jirrapporta li dan ir-raba’ staġun ta’ Money Heist rawh diġà madwar 65 miljun darba.

Sadanittant, il-5 staġun ta’ Money Heist mistenni jitnieda fuq il-pjattaforma ta’ Netflix f’April tas-sena d-dieħla.