Studji li kkumparaw siti li jfittxu titjiriet irħas urew li Momondo hija l-aħjar sit għall-vjaġġaturi b’baġit baxx li jifttxu titjiriet irħas. Dan is-sit ġie kkumparat ma’ siti bħal Cheapflights.co.uk, Kayak, Skyscanner u Google Flights.
F’kull tfittxija li għamlu r-riċerkaturi, Momondo offriet l-orħos.
Madanakollu huwa importanti li wieħed jinnota li minkejja li dan is-sit ta l-irħas prezzijiet, is-sit ma ġiex ivvutat bħala l-aħjar wieħed mill-użanti. Ħafna minn dawk li pparteċipaw f’sondaġġ qalu li kien hemm ħlasijiet mhux mistennija meta kklikkjaw biex jirriżervaw titjira mingħand l-aġent.
Minkejja r-reputazzjoni tajba ta’ Skyscanner, jidher li dan is-sit qatt ma ta prezzijiet aħjar mill-kompetituri.