Moldova: Demostranti jipprotestaw fil-Parlament kontra l-Gvern il-ġdid

Għadd ta’ demostranti daħlu jipprotestaw fil-parlament tal-Moldova wara li ġie approvat Gvern ġdid favur l-Ewropa.
Il-vot kellu l-għan li jtemm xhur sħaħ ta’ imblokk politiku, iżda kien ibbojkottjat mill-partiti fl-oppożizzjoni.
Għaldaqstant, Pavel Filip, mill-koalizzjoni prinċipali favur l-Ewropa, ġie maħtur bħala Prim Ministru.
Eluf ta’ nies inġabru barra l-parlament fil-kapitali, Chisinau, biex jipprotestaw kontra l-ħatra ta’ Filip, b’għajta biex il-parlament iħassar il-vot, filwaqt li għajruhom ħallelin u talbu għal elezzjoni bikrija.
Skont rapporti interazzjonali, hekk kif il-ġemgħa ppruvat tidħol fil-bini tal-parlament, il-pulizija kellha tuża l-gassijiet tad-dmugħ.
Mhux magħruf jekk kien hemmx xi persuni midruba.