Moħħok jinbidel bil-mowbajl fil-karozza!

Riċerka li saret minn grupp ta' newrologi fl-Istati Uniti turi kif l-ismartphones u l-messaġġi li nibagħtu lil xulxin jibdlu l-mod kif jaħdem moħħna. 
Agħmlu enfasi partikolari dwar l-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan, li jitqies bħala ferm iktar minn sempliċiment aljenazzjoni.
Mir-riċerka rriżulta li meta wieħed ikun itektek fuq il-mowbajl u jkun se jaħbat, is-sitt sens ta' sopravivenza biex tiġi evitata l-ħabta, jgħib għal kollox. 
Esperti saħqu li hija xi ħaġa normali li persuna taljena rasha waqt li qed issuq, madanakollu waqt li tkun qed tikteb messaġġ il-konċentrazzjoni tkun kollha ffukata fuq il-konverżazzjoni u ftit li xejn tkun konxja ta’ x’qed iseħħ fit-triq.
Enfasizzaw dwar il-ħtieġa li wieħed iżomm moħħu hemm, meta jkun wara l-isteering.