Moħbija fi trakk passi ‘l bogħod mill-Istati Uniti

Mal-200 migrant mill-Amerka Ċentrali instabu moħbija fi trakk mingħajr ilma, ikel u ventilazzjoni fil-Grigal tal-Messiku.
Mill-ewwel rapporti jidher li l-irġiel, nisa u anki tfal kienu ġejjin l-aktar mill-Gwatemala, il-Honduras u El Salvador, u kienu fi triqithom lejn l-Istati Uniti.
Dawn ma kellhomx id-dokumenti meħtieġa, u 24 minnhom kienu tfal waħedhom.
Fil-fatt huma nstabu fil-qiegħ ta’ dat-trakk mill-uffiċjali fl-Istat ta’ Tamaulipas fil-Messiku, ftit ’l isfel mill-Istat ta’ fl-Istati Uniti.
B’rabta mal-każ ġew arrestati tliet persuni fuq suspett ta’ traffikar tan-nies.
Is-sena l-oħra aktar minn 170 persuna mingħajr dokumenti ġew arrestati fi triqithom lejn l-Istati Uniti, u dawn it-tliet pajjiżi msemmija jibqgħu l-għejjun ewlenin ta’ immigranti illegali ttraffikati lejn l-Istati Uniti.
Ta’ min wieħed jiftakar il-wegħda tal-President Amerikan, Donald Trump, biex jindirizza ’l-immigrazzjoni illegali, bl-idea ferm kontroversjali tiegħu li jibni ħajt mal-fruntiera Messikana.