Mohamed Fadhel Kraiem jinħatar Ċermen tal-GO

Mohamed Fadhel Kraiem inħatar Ċermen tal-kumpanija GO, wara li l-eks-Ċermen Nizar Bouguila rriżenja mill-kariga b’effett mil-lum, it-22 ta’ Novembru.
Kraiem iggradwa mill-École Polytechnique u l-École Nationale des Télécommunications f’Pariġi, u beda l-karriera tiegħu fi Franza mal-CAP GEMINI Telecom Group.
Wara erba’ snin ingħaqad ma' Vivendi Group fejn kellu bosta pożizzjonijiet għolja, filwaqt li fl-2006, ingħaqad ma’ INWI, it-tielet operatur fil-Marokk, fejn serva bħala Viċi President Eżekuttiv inkarigat mill-IT u Netwerk.
Kraiem ilu jaħdem mal-Grupp Tunisie Telecom (TT) minn Lulju 2010 bħala Deputat Kap Eżekuttiv inkarigat mill-attivitajiet kummerċjali u finanzjarji, u llum il-ġurnata jippresjedi numru ta’ sussidjarji tagħha, inklużi Topnet, Mattel, Sotetel u Diva Sicar.
Fi stqarrija, Kraiem irringrazzja lil Bouguila għax-xogħol li għamel għall-kumpanija, filwaqt li wiegħed li, taħt it-tmexxija tiegħu, il-kumpanija se tkompli timxi ‘il quddiem.
Ritratt: GO