Mogħti midalja għall-eċċellenza fost 100 biss madwar id-dinja

Il-lekċerer tal-MCAST, Joseph Cilia, kien wieħed minn 100 persuna magħżula minn City & Guilds għal xogħlu, minn fost 2 miljun ruħ minn madwar id-dinja.
Uffiċjali tal-MCAST u ta’ City & Guilds stess ippremjaw lil Cilia dalgħodu, b’midalja għall-eċċellenza, b’rikonoxximent għall-impenn tiegħu lejn l-istudenti fl-Istitut tal-Bini u tal-Inġinerija tal-Kostruzzjoni fl-MCAST.
Cilia għandu iktar minn 40 sena esperjenza fl-industrija tal-bini u ngħaqad mal-MCAST fl-2001.
Matul il-karriera tiegħu, Cilia ta diversi programmi ta’ taħriġ inkluż lil entitajiet Maltin u kumpaniji internazzjonali u anke lid-Direttorat tar-Restawr. Bħalissa joffri wkoll korsijiet fuq bażi volontarja.