Taf x’għandek tagħmel biex ma teħxinx?

Madwar id-dinja, nies minn pajjiżi differenti għandom modi differenti biex iżommu rwieħhom f’saħħithom.

  • Il-Ġappuniżi jieklu sa ma jħossuhom 80% u mhux 100% sodisfatti. Dan il-prinċipju ġej mit-tagħlim tal-filosfu Konfuċju.
  • L-iżraeliti jżommu mad-dieta Mediterranja, magħrufa bħala l-aħjar għall-qalb, il-moħħ u s-saħħa b’mod ġenerali. Id-dieta Mediterranja tinkludi diversi ħxejjex u sorsi ta’ proteina bħall-ħut u ċ-ċiċri.
  • Pajjiżi mill-Lvant Nofsani jżommu l-hummus bħala parti ċentrali mid-dieta tagħhom. Il-hummus jimlik, fih ħafna proteina, fibra u ħadid.
  • L-Arġentinjani jixorbu tè li jġib l-isem ta “Yerba mate tea” li fih ħafna antiossidaniti.
  • L-Etiopjani jservu l-ikel tagħhom fuq injera, ħobża b’ħafna fibra.
  • Id-dieta tal-Brażiljani hija ffukata fuq ikel naturali, mhux ipproċessat. Il–gwidi tal-ikel Brażiljani jinkoraġġixxu li wieħed isajjar u jiekol mid-dar, filwaqt li jaqsam ir-riċetti tiegħu mal-kollegi.
  • Il-Korejani jieklu ħafna ħxejjex u jikkunsmaw ammonti limitati ta’ laħam aħmar. Ikkunsmar eżeġerat ta’ laħam aħmar jista’ jwassal għal mard tal-qalb u hu assoċjat ma’ rati għola ta’ kanċer fl-intestini.
  • Il-Franċiżi, filwaqt li d-dieta tagħhom tikkonsisti f’ikel imxaħħam, jżommu l-porzjonijiet tagħhom żgħar.

Il-modi ta’ kif dawn in-nies iżommu rwieħhom f’saħħithom ivarja ħafna. Żgur li xi wieħed minn dawn jolqtok u jgħinek tieħu ħsieb saħħtek.