Mod ħelu kif iqajjem kelba għamja u truxa

Kelb trux

Aiden Mann minn Nashville fl-Istati Uniti sab mod ħelu u oriġinali kif iqajjem mill-irqad lill-kelba tiegħu li hi għamja u truxa. Ir-raġel ta’ 25 sena jersaq qrib tagħha fl-art u jonfħilha bil-mod fuq rasha.

Ir-raġel, li hu assistant ta’ veterinarju, qal li dam ħafna qabel ma sab dan il-mod għall-kelba tiegħu Plum tar-razza Aussie. Il-kundizzjoni tagħha hi tali li ma tisimgħux jekk isejħilha biex tqum. U mill-banda l-oħra ma xtaqx iqajjimha billi jċaqlaqha meta tkun f’nofs raqda.

Naturalment, malli tqum jagħmlu xi ħin jilagħbu flimkien u l-gost tar-raġel hu li jitkaxkar qrib tagħha fl-art, il-kelba tħossu qrib tagħha u ma tiqafx qabel jgħannaqha miegħu, sinjal li l-ħin tal-logħob ikun għadda.