Mod ġdid kif inħallsu fil-ħwienet

Il-BOV se tkun qed tbiddel il-kards tal-klijenti tagħha u tibdilhom ma’ dawk tat-tip contactless fiż-żmien li ġej.
Il-kap eżekuttiv tal-ħlasijiet elettroniċi Ivo Camilleri qal li l-Kards contactless huma l-aħħar innovazzjoni fid-dinja tal-pagamenti bil-kards. Dawn il-kards jikkombinaw s-sigurtà u s-serħan tal-moħħ taċ-chip-and-pin.
Il-BOV se tkun qed tintroduċi wkoll apparat elettroniku ġdid fil-punti tal-bejgħ fil-ħwienet lokali.
Camilleri spjega li pagamenti sa €20 jeħtieġu biss il-kard li tgħaddi minn fuq it-terminal mingħajr il-ħtieġa li jiddaħħal il-PIN.
Il-vantaġġi għal bejjiegħa bl-introduzzjoni ta’ dawn il-kards contactless huwa li jitnaqqas l-immaniġġjar tal-flus u jonqos il-ħin tat-tranżazzjoni qal kelliem għal BOV.