Mod esperimentali kif jitwaqqaf riħ

Xjenzati qed jaħsbu li sabu mod ġdid kif iwaqqfu riħ komuni u virus oħra relatati li jistgħu jikkaġunaw il-paralisi. Instab li minflok ma’ jattakkaw il-virus direttament, ir-riċerkaturi jbagħbsu l-proteina li tinsab fiċ-ċelloli tagħna li l-virus għandu bżonn biex jirreplika.

Dan il-mod ġdid instab li joffri protezzjoni sħiħa meta ntuża fuq il-ġrieden u fuq ċelloli tal-pulmun tal-bniedem. Imma x-xjenzati Amerikani sostnew li għadu kmieni wisq biex dawn il-provi jsiru fuq il-bniedem.

Fil-mediċina issa ilu żmien twil li biex tinstab soluzjoni kontra r-riħ. Bosta rjiħat huma kkawżati minn virus li għandu x’jaqsam mal-imnifsejn. Iżda peress li hemm aktar minn 160 tip minnhom differenti dawn jibdlu l-kompożizzjoni tagħhom malajr u jsiru jifilħu għad-drogis jew jitgħallmu jinħbew fis-sistema tal-ġisem li tħarisna mill-mard.

Issa x-xjenzati rrimarkaw li jekk iwaqqfu milli tiffunzjona l-proteina SETD3 il-virus ma jkunx jista’ jikber u jikkaġuna riħ. Madankollu l-Prof Jonathan Ball mill-Università ta’ Nottingham qal li jeħtieġ li x-xjenzati jkunu ċerti li dan il-mod jaħdem fuq il-bnieden għaliex il-virus jadatta ruħu malajr u jkun kapaċi jitfaċċa taħt xi forma oħra.