Mod eħfef biex bdiewa Għawdxin jieħdu fondi Ewropej

MGOZ - George Scerri

Il-Ministru Justyne Caruana ħabbret li Għawdex se jkollu direttorat rurali ffukat fuq Għawdex biex ikun jista’ jissaħħaħ is-settur agrikolu. Hija qalet li dan se jkun mod eħfef kif ir-raħħala u l-bdiewa japplikaw u jkunu jistgħu jakkwistaw fondi Ewropej.

F’laqgħa organizzata f’Għawdex, il-Ministru Caruana qalet li filwaqt li kulħadd jammetti l-vulnerabbiltà tas-settur agrikolu, l-Unjoni Ewropea għandha tinvolvi aktar lil dawk li jaħdmu fis-settur fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet  għall-futur li jixraqilhom il-bdiewa u r-raħħala. Hija qalet li l-iskop tal-Politika Agrikola Komuni hu li l-bdiewa f’pajjiżi differenti jkollhom l-opportunità li jiġu trattati b’mod ugwali.

Il-laqgħa saret fl-isfond ta’ eżerċizzju mifrux ma’ 27 stat membru tal-Unjoni Ewropea bl-isem ta’ Konsultazzjoni maċ-Ċittadin.