​Mocktails … biex iż-żgħażagħ inaqqsu l-alkoħol

Tnieda fuljett b’sensiela ta’ riċetti ta’ xorb mhux alkoħoliku, b’xarbiet mhux alkoħoliċi fost iż-żgħażagħ.
Il-fuljett tal-Mocktails tnieda mill-Ministru għall-Familja Michael Falzon, wara ħidma konġunta mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.
Il-Ministru Falzon irrimarka li skont statistika mir-rapport tal-ESPAD, fl-aħħar snin il-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ żdied, u għalhekk il-politiku għandu rwol li jara x’inhi r-raġuni.
 Id-Direttur Maniġerjali ta’ Farsons, Pierre Stafrace, qal li l-kumpanija temmen f’konsum raġonevoli u għalhekk laqgħu din l-inizjattiva b’interess.
Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech qal li l-istudenti għandhom kodiċi ta’ etika u qed jitgħallmu jidentifikaw sinjali ta’ meta persuna tkun qed tabbuża mill-alkoħol.
Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott