MOAS twassal il-provvisti lil dawk abbord Alan Kurdi

Fabian Heinz/sea-eye.org

L-għaqda Sea-Eye qalet li l-għaqda MOAS waslet diversi provvisti lill-bastiment Alan Kurdi li jinsab barra minn Malta b’64 immigrant li ġew salvati mill-għarqa.

AQRA: Mara evakwata mill-bastiment Alan Kurdi

Fi stqarrija l-għaqda tat-tfittxija u salvataġġ Sea-Eye spjegat li diversi provvisti twasslu lill-bastiment tagħha mill-MOAS. Fost il-provvisti ngħataw kutri, kalzetti, żraben għat-tfal, u ħwejjeġ ta’ taħt.

AQRA: “Ġiet sfurzata taħdem f’burdell u ttorturata” – mara fuq Alan Kurdi

L-għaqda sostniet li l-ekwipaġġ ilu 21 bejn sema u ilma filwaqt għall-iktar minn 7 ijiem il-bastiment għadu qed jistenna fejn jista’ jidħol biex l-immigranti ikunu jistgħu jinżlu fuq l-art, hekk kif Malta u l-Italja rrifjutaw li jħallu l-bastiment jidħol.

L-għaqda spjegat li kemm Malta kif ukoll l-Italja saħqu li l-każ huwa f’idejn l-awtoritajiet Libjani filwaqt li kompliet tispjega li s-sitwazzjoni fil-Libja qed tmur għall-agħar hekk kif reġa’ qam il-ġlied fil-pajjiż.

Il-fundatriċċi ta’ MOAS Regina Catrambone wegħdet li se tkun qed tibgħat iktar provvisti f’każ ta’ bżonn. Sea-Eye saħqet li tinsab grata għax-xogħol ta’ MOAS.

MOAS