Read in English.
L-organizazzjoni umanitarja MOAS għamlet donazzjoni ta’ kotba, logħob differenti u anke ta’ prodotti għall-iġene lil tfal sa 18-il sena li huma refuġjati u li qed ifittxu l-ażil. Il-maġġoranza ta’ dawn it-tfal huma adolexxenti li waslu Malta waħedhom mingħajr ma kienu akkumpanjati minn xi membru tal-familja.
Id-donazzjonijiet ġew ippreżentati lil ċentri li propju jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal, f’Malta. Fi stqarrija l-MOAS qalet li dan sar grazzi għall-koperazzjoni ta’ Awas.
B’kollox tqassmu 150 ktieb, 3 game consles u videogames, żewġ televiżjonijiet u logħob ieħor addattat għat-tfal li jgħihom wkoll sabiex jisoċjalizzaw filwaqt li jieħdu gost speċjalment minħabba ċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom inkluż dik tal-pandemija tal-coronavirus.
Bħala parti mid-donazzjoni kien hemm wkoll xi xugamani u prodotti oħra ta’ iġene għal kull persuna.
Moas minn naħa tagħha rringrazzjat anke lil Betclic Group tas-support flimkien ma’ oħrajn li għenu biex saru dawn id-donazzjonijiet.
L-organizazzjoni umanitarja qalet li tispera li bil-kotba li għaddew lil dawn it-tfal ikun jista’ jsir l-ewwel pass biex tinġoloq librerija fiċ-ċentri li fihom it-tfal jiġu milqugħa.