Read in English.
Il-plejer tat-tim tal-Liverpool Mo Salah għandu l-coronavirus.
Dan qalitu l-assoċjazzjoni Eġizzjana tal-futbol. Salah irriżulta pożittiv għall-virus, iżda m’għandu l-ebda sintomi. Plejers oħra tal-Liverpool għamlu swab test, iżda rriżulta li m’għandhomx il-virus.
Għada s-Sibt, Salah kellu jilgħab għall-Eġittu fit-Tazza Afrikana tan-Nazzjonijiet kontra t-Togo.
Salah issa jinsab f’iżolament u għandu jagħmel aktar testijiet fis-sigħat li ġejjin.
Il-Liverpool għandhom jilagħbu kontra l-Leicester fil-21 ta’ Novembru.