Mo Farah b’rekord personali ġdid

L-Ingliż Mo Farah rebaħ is-sitt ġirja mill-edizzjoni tal-Great North Run. Hu kiser ir-rekord billi rebaħ sitta wara xulxin kif ukoll irnexxielu jikser ir-rekord personali tiegħu. Farah li għandu 36 sena lesta t-tellieqa f’59 minuta u 7 sekondi.

Farah li rebaħ darbtejn il-5,000m u l-10,000m fl-Olimpjadi qal li din it-tellieqa kienet preparazzjoni tajba għall-Maratona ta’ Chicago li se ssir fit-13 ta’ Ottubru. Hu qal li ħa gost jikkompeti u kienet sfida tajba biex jara fiex qiegħed personalment.

Wara Farah, Tola daħħal it-tieni, ħames sekondi biss warajh. Fit-tielet post daħal l-Olandiż Abdi Nageeye u l-Ingliż Callum Hawking daħal fir-raba’ post.