Mkhitaryan, Spinazzola u Kalinic lura għat-taħriġ

It-tliet plejers ta’ Roma Henrikh Mkhitaryan, Leonardo Spinazzola u Nikola Kalinic reġgħu lura għat-taħriġ wara li ilhom xi żmien barra.

Mkhitaryan kien ilu barra mill-azzjoni mill-aħħar ta’ Settembru wara li ċarrat muskolu. Kalinic kien ilu barra minn nofs Ottubru minħabba li sofra minn ksur f’siequ fil-logħba kontra Sampdoria.

Spinazzola żdied mal-lista ta’ plejers li kellhom bżonn trattament wara li weġġa’ waqt li kien mat-tim nazzjonali.

Madankollu it-triju għandhom ċans tajjeb li jkunu mgħajta għal-logħba mill-Europa League kontra Istanbul Basaksehir nhar il-Ħamis.

Jidher iżda li Klainic l-eks plejer ta’ Fiorentina u Milan se jkollu bżonn ftit taż-żmien oħra biex jirkupra.