Mkhitaryan ser jiżdiedlu s-salarju

Henrikh Mkhitaryan ser ikun qed jara s-salarju tiegħu jiżdied meta jiġi komplut it-trasferiment tiegħu minn mal-klabb tiegħu Manchester United għal ma’ Arsenal skont il-gazzetta The Mirror.
L-internazzjonali mill-Armenja qed jistenna b’ħerqa kbira ċ-ċaqliqa tiegħu għal Emirates Stadium hekk kif Alexis Sanchez mistenni jingħaqad mar-Red Devils bi speċi ta’ tpartit ta’ plejers.
Mkhitaryan mistenni jaqla’ £200,000 fil-ġimgħa inkluż ukoll xi bonuses oħra.