​Mkhitaryan jilbes in-numru 7

Wara li ngħaqad uffiċjalment ma’ Arsenal mingħand Manchester United, l-attakkant Armen Henrikh Mkhitaryan se jkun qed jilbes il-flokk numru 7 li tħalla vojt minn Alexis Sanchez illi min-naħa tiegħu ngħaqad mar-Red Devils.
Minkejja dan kollu, il-plejer ta’ 29 sena ma jistax jilbes dan in-numru tal-flokk fil-UEFA Europa League minħabba illi diġà ntlibes minn Sanchez matul dan l-istaġun. B’hekk id-diriġenti tal-Gunners se jkunu qed jikkonfermaw x’numru se jilbes għal din il-kompetizzjoni.
Min-naħa l-oħra diġà miexi mhux ħażin il-bejgħ tal-flokk tiegħu tant illi diversi partitarji marru fil-ħanut uffiċjali tal-klabb sabiex jixtruh.
Mkhitaryan mistenni jiddebutta ma’ Arsenal fit-30 ta’ dan ix-xahar meta l-Gunners imorru Wales sabiex jilagħbu ma’ Swansea City.