Schembri u Mizzi ma jixhdux għalissa

Il-Qorti laqgħet it-talba li għalissa, Keith Schembri u Konrad Mizzi ma jixhdux fil-każijiet ta’ libell li huma ressqu kontra l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. 
Ix-xhieda se tkun posposta sakemm Schembri u Mizzi l-ewwel jixhdu fi tliet inkjesti maġisterjali mitluba minn Busuttil dwar l-allegazzjonijiet imressqa kontrihom.
L-avukat, li qed jidher għal Schembri, talab biex il-każ ikun pospost minħabba li Schembri kien għadu ma preżentax ix-xhieda tiegħu fit-tliet inkjesti maġisterjali pendenti oħrajn.
L-istess talba twetqet mill-Avukat li qed jidher għal Mizzi, fi proċedimenti ta’ libell kontra Caruana Galizia.
Min naħa tiegħu, l-Avukat li qed jidher għal Busuttil qal li fl-interess li sseħħ ġustizzja l-każijiet għandhom jipproċedu malajr kemm jista’ jkun.