Libelli Daphne: Mizzi u Schembri ma jmorrux inaddfu isimhom

La Keith Schembri u lanqas Konrad Mizzi ma dehru l-Qorti għall-libelli li fetħu kontra l-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.

Illum fil-Qorti kellu jkun hemm seduti kontra Daphne Caruana Galizia dwar malafama. Però, la Schembri u qas Mizzi ma tfaċċaw. Dan wara li Daphne Caruana Galizia kienet allegat li t-tnejn li huma għandhom kumpaniji illegali f’Panama, biex jevitaw it-taxxi.

Twitter: Sarah Clarke

Sarah Clarke, li hija l-Manager tal-Policy u Advokazzjoni ta’ PEN International, organizzazzjoni favur il-libertà tal-espressjoni, kitbet tweet fejn tellgħet ukoll ritratt tas-seduti fil-Qorti għal-lum. Hi kitbet li wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, familtha wirtet 34 każ ta’ libell, kollha minn nies f’pożizzjoni għolja fil-Gvern u negozjanti. Hi saħqet li l-fatt li l-ġurnalista u familtha qed jingħataw fastidju b’mod legali anka wara mewtha hija xiħaġa li għandha toħloq rabja kbira.

Flutura Kusari, l-avukata li qed tirrapreżenta liċ-Ċentru Ewropej għall-Libertà tal-Istampa u tal-Midja li qed issegwi l-każ tal-assasinju ta’ Caruana Galizia, saħqet li dawn il-libelli kienu kawżi “slapp”. Dan ifisser li huma kawżi apposta biex jintimidaw dawk li jopponu billi jtaqqluhom bil-ħlas t’avukat sakemm jabbandunaw il-pożizzjoni tagħhom.

L-attivisti li jiffurmaw parti mill-grupp Il-Kenniesa wkoll stqarrew li Mizzi u Schembri ma tfaċċawx għas-seduti fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, u li l-familja Caruana Galizia wirtu 34-il każ ta’ libell.

This morning in court neither Konrad Mizzi nor Keith Schembri showed up for their cases against Daphne Caruana Galizia….

Posted by Il-Kenniesa on Monday, October 15, 2018