Mizzi jiċħad li għandu kontijiet f’Dubaj u Pilatus Bank

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi ċaħad li għandu kontijiet bankarji f’Dubaj jew fl-Pilatus Bank.
Huwa kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil.
Il-Ministru Mizzi qal li dawn il-mistoqsijiet parlamentari huma bbażati biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġa ġiet miċħuda pubblikament.
Mistoqsijiet simili ndirizzati lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri ġew imblukkati mill-ispeaker tal-kamra Anġlu Farrugia fuq il-bażi li dawn ma għandhomx x’jaqsmu mal-affarijiet pubbliċi u l-mistoqsijiet irid ikollhom bażi fattibbli u mhux sempliċiment jikkonfermaw xnigħat tal-midja.
Busuttil appella mir-ruling tal-ispeaker.
Ritratt: Facebook