Miżżewġin friski: Tmut ftit jiem wara żewġha

Ftit tal-jiem biss wara li miet ir-raġel tagħha u tlieta minn sħabha, Ellie tilfet ħajjitha wkoll wara l-inċident fatali, b’ħelikopter li kienet involuta fih.
Il-ħelikopter kraxxja fil-Grand Canyon waqt li Ellie u Jon Udall, koppja Ingliża, kienu qegħdin vaganza ma’ sħabhom fl-Amerka.
Il-ġenituri tagħha ħabbru dan fuq il-midja soċjali hekk kif qalu li Ellie mietet minħabba l-ġrieħi ta’ natura gravi li sofriet fl-inċident. Huma qalu wkoll li kemm kien ilha l-isptar ma qamitx mill-koma li kienet waqgħet fiha.
Fl-inċident mietu wkoll żewġt irġiel oħra, aħwa, Jason Hill ta’ 32 sena u Stuart Hill ta’ 30 sena. It-tfajla ta Stuart, Becky Dobson ta’ 27 sena, tilfet ħajjitha wkoll hekk kif sploda l-ħelikopter.