Miżżewġa għal aktar minn 70 sena

Ritratt: The Fotografer

Ilhom miżżewġa għal aktar minn 70 sena u jħobbu lil xulxin bla kundizzjoni. Toni għandu 95 sena filwaqt li Ġiovanna għandha 88 sena.

It-tnejn huma mill-Mellieħa u nhar is-Sibt li ġej se jkunu fost il-protagonisti fil-programmi li jmiss ta’ Araniissa li Joseph Chetcuti jmexxi fuq l-istazzjon One fit-8.30pm.

Ritratt: The Fotogarfer

Xi ħlew ta’ koppja u kemm se tammirawhom meta jiftħu qalbhom dwar x’ inhu s-sigriet ta’ ħajja miżżewġa feliċi. Toni kien idoqq wkoll fil-baned Maltin u waqaf biss ftit snin ilu minkejja l-età venerabbli tiegħu. Martu dejjem warajh, tieħu ħsiebu u tħobbu b’qalbha kollha.

Ritratt: The Fotografer

Nhar is-Sibt se naraw x’sorpriżi ħejja Joseph Chetcuti lil dawn iż-żewġ anzjani. Se nassistu għal sorpriża waħda wara l-oħra bla waqfien.

Imnalla l-qlub ta’ dawn iż-żewġ anzjani jħabbtu sod, bl-isbaħ sorpriża ġejja mill-Awstralja. Kif ser isseħħ is-sorpriża Joseph u t-tim tiegħu ma ridux jgħidulna għalkemm Joseph tana ħjiel żgħir.

Ritratt: The Fotografer

“Toni jħobb il-banda u allura ejja ħalli niċċelebraw flimkien mal-bandisti tagħna!” qalilna Chetcuti.

Min jaf x’ hemm lest għal dawn iż-żewġ anzjani!