It-tobba jilqgħu uħud mill-miżuri, jikkritikaw infurzar “fażul”

Dr-Martin-Balzan-MAM-6
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-unjin tat-tobba Maltin qalet li l-Maltin għad iridu jaraw l-eqqel tal-Covid-19 u l-attitudni tal-Gvern li kollox hu normali dahret kontrih hekk kif il-pajjiż irreġistra l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet mindu bdiet il-pandemija.  

Fi stqarrija, l-MUM qalet minħabba l-iżbalji tal-Gvern qed tbati saħħet in-nies u l-ekonomija b’mod ġenerali. It-tobba qalu li l-ammont ta’ tilqim kontra l-influwenza huwa sinjal inkoraġġjanti iżda fl-istess waqt jixhed l-inkwiet tal-anzjani li huma b’riskju minħabba il-politika tal-Gvern.

L-MAM laqgħet il-miżuri mħabbra mill-Gvern li jirriflettu dak li l-unjin ilha tinsistu fuqhom sa minn Awwissu. Madanakollu, tibqa’ xettika dwar r-rieda tal-Gvern li jinforzahom.

L-unjin qalet li miżuri bħal crips il-bars u l-każini,  flimkien mal-multi maħfura fl-inħawi ta’ Paceville u l-Belt huma biss ftit eżempji ta’ kif il-Gvern m’għandu l-ebda rieda li jinforza l-miżuri li tħabbru.

It-tobba qalu li l-għeluq tal-bars fil-11pm mhu se jħalli l-ebda impatt filwaqt li 800 multa biss f’xahrejn ma jawgurax tajjeb.  L-ittestjar ta’ 15 -il persuna biss fil-ġurnata fl-ajruport ta’ Malta hija miżura fażulla oħra.

Mill-banda l-oħra , l-MAM laqgħet il-miżura tal-obbligu li tintlibes l-maskra fuq il-post tax-xogħol kif ukoll kullimkien fil-pubbliku. Hija qalet li sal-lum 90 fil-mija tal-ħaddiema ma kellhomx l-obbligu li jilbsu l-maskra fuq il-post tax-xogħol u dan ħalla effett diżastruz fuq in-numru ta’ każijiet tal-Covid-19.