Miżuri ta’ aktar sigurtà fl-ajruport u portijiet marittimi

Il-Kapijiet tal-forzi tas-sigurtà f’Malta ltaqgħu llejla biex jiddiskutu t-twissija internazzjonali li ħarġet l-Interpol dwar l-Al Qaeda.

Ġie deċiż li fid-dawl taċ-ċirkustanzi jittieħdu passi ta' sigurtà ikbar u tiżdied is-sigurtà f'postijiet vitali bħal ma huma l-ajruport u l-portijiet marittimi.

Il-laqgħa kienet immexxija mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Manuel Mallia.