Miżuri ġodda fil-Pitkalija, fil-Pixkerija u fil-Biċċerija

Il-gvern ħabbar li ġew introdotti għadd ta’ miżuri fil-Pitkalija, fil-Pixkerija u fil-Biċċerija biex jiggarantixxu l-provvista lokali u s-sigurtà tal-ikel.

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qal li permezz ta’ dan il-miżuri qed jassigura li l-konsumaturi jkollhom ikel li joriġina minn ambjent ta’ kwalità għolja, affidabbli u sigur. Għalhekk qed issir ħidma biex tiġi aċċertata li l-faċilitajiet ikunu jissodisfaw bis-sħiħ dawn l-istandards.

X’inhuma l-miżuri għall-Pitkalija, il-Pixkerija u l-Biċċerija?

  • aċċess limitat biex jitrażżan kwalunkwe riskju
  • screening u teħid ta’ temperatura fil-punt tad-dħul
  • prattiċi u proċeduri sanitarji mtejba bħalma huma sanitizzaturi tal-idejn u sistema tal-ħasil u sprejjar tar-roti b’soluzzjoni diżinfettanti;
  • adegwatezza ta’ tagħmir u apparat sanitarju

Barra dawn il-miżuri, il-Gvern ħabbar ukoll li qed isir proġett pilota għas-servizz ta’ konsenja onlajn mill-Pitkalija u se jkun implimentat dalwaqt.

Il-Ministeru teena li se jibqa’ jissorvelja, jirregola u jimplimenta dawn il-miżuri kif meħtieġ biex jitħarsus-servizzi vitali tal-immaniġġjar tal-ikel, u biex jipprovdi serħan il-moħħ kemm lill-operaturi kif ukoll lill-konsumaturi bl-istess mod.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn