Miżuri ġodda f’Mater Dei min-nhar l-Erbgħa

Min-nhar l-Erbgħa li ġej se jidħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri ġodda bil-għan li jiġi kkontrollat it-tifrix tal-coronavirus.

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-isptar qal li min-nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu, il-ħinijiet tad-dħul biex wieħed iżur pazjenti fl-isptar se jkunu hekk:

  • 11.30am-12pm – b’viżitatur wieħed f’kull żjara
  • 5pm-6pm – b’viżitatur wieħed f’kull żjara

Dawn il-ħinijiet japplikaw mit-Tnejn sal-Ħadd.

Intant, ġie spjegat li kull viżitatur se jgħaddi minn screening qabel ma jidħol l-isptar. Għaldaqstant l-isptar spjega li kull min jiġi jżur persuni li jinsabu l-isptar se jesperjenzaw queues minħabba l-iscreening. Dan qed isir fl-entratura prinċipali tal-isptar, in-naħa tad-Day-Care, l-Outpatients, l-A&E u s-SAMOC.

Dan il-protokoll se jibqa’ fis-seħħ sakemm l-isptar joħroġ ordnijiet differenti.

In a bid to control COVID-19 spread, Mater Dei Hospital will be implementing a number of measures as of Wednesday 11th…

Posted by Mater Dei Hospital on Monday, March 9, 2020