Miżura biex tħaffef il-proċess tas-separazzjoni fi żmien il-coronavirus

Read in English.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja introduċa miżura oħra sabiex jikkumbatti l-effett tal-coronavirus fuq is-sistema ġudizzjarja fil-pajjiż, din id-darba fil-proċess tas-separazzjoni.

Fi stqarrija kien spjegat li bil-kollaborazzjoni tal-imħallfin u l-medjaturi tal-Qorti tal-Familja kien hemm qbil li f’każijiet fejn il-partijiet ikunu ftiehmu u abbozzaw kuntratt ta’ separazzjoni personali dwar kif se jirregolaw is-sitwazzjoni ta’ bejniethom, il-proċedura quddiem il-medjatur tkun tista’ ssir jew f’uffiċċju barra mill-Qorti jew permezz ta’ teleconferencing. Intqal li fil-każ ta’ teleconferencing il-partijiet ikunu f’postijiet differenti assistiti mill-avukati rispettivi tagħhom u l-medjatur f’uffiċċju ieħor.

Qal li din il-miżura minbarra li qed tara li jkun hemm tnaqqis fil-kuntatt tan-nies, qed tassigura li kull ftehim li jkun intlaħaq bejn il-partijiet ikun ippubblikat mingħajr dewmien.  

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn